L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal ippreżentat is-somma ta’ €2,700 lil Puttinu Cares. Dan wara li f’Diċembru li għadda l-FMA organizzat maratona ta’ tlett ijiem ta’ logħob tal-futsal fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin.
Matul din il-maratona sar ukoll tournament qasir bejn ħaddiema tal-Padiljun, membri tal-Kunsill tal-FMA, referees tal-Futsal u ġurnalisti sportivi.
Fir-ritratt jidher il-President tal-FMA Mark Borg, u Simon Pace, rappreżentant ta’ Puttinu Cares.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

