L-eks plejers ta’ Ħamrun Spartans Roderick Fenech u Massimo Grima, li kienu ġew sospiżi għal għomorhom mill-MFA minħabba match fixing, appellaw mis-sentenza tagħhom.
Id-deċiżjoni tas-sospensjoni tagħhom kienet ittieħdet f’DIċembru li għadda.
Il-każ imur lura għall-istaġun 2012/13 meta l-plejers ġew akkużati li rranġaw partiti tal-Kampjonat Premier.
B’rabta mal-istess każ kienu ngħataw sentenza għal għomorhom anke’ l-eks membri tal-Kumitat ta’ Ħamrun Spartans, Elton Borg u Julian Friggieri, li kienu ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

