In-network Olandiż tal-aħbarijiet NOS iffaċja mumenti ta’ paniku wara li żagħżugħ daħal fil-bini b’pistola f’idu. Iż-żagħżugħ ried jgħaddi messaġġ LIVE fuq it-televiżjoni, tant li daħal fi studio waqt xandira diretta. Hu jidher jitkellem mal-preżentatur tax-xandira sakemm suppost kienu għaddejjin ir-reklami.
Sadanittant, laħqu waslu l-Pulizija li arrestawh fi ftit ħin, biż-żagħżugħ ma joffri l-ebda reżistenza. Wara, irriżulta li l-pistola kienet falza, biż-żagħżugħ jibqa’ ma jilħaqx l-iskop tiegħu li jitkellem LIVE fit-trasmissjoni.
L-azzjoni taż-żagħżugħ wasslet għal kommossjoni sħiħa fl-istazzjon televiżiv, tant li l-impjegati kollha kienu evakwati immedjatament mill-binja.
//= $special ?>