Il-Kamra tal-Kummerċ , l-Industrija u l-Intrapriżi ż-żgħar, qed tappella lill-Gvern biex ibaxxi l-prezz tal-fuel.
Dan qalitu permezz ta’ stqarrija fejn fiha tispjega biex il-gvern jieħu vantaġġ mill-prezz internazzjonali taż-żejt u jkun rifless fil-prezz tal-fuel li qed iħallsu għalih il-konsumaturi Maltin u Għawdxin iinkluż in-negozji. Il-Kamra tal-Kummerċ qeda wkoll tappella lill-Gvern biex il-kontijiet tad-dawl u l-imla f’Marzu, għan-negozji jonqsu b’aktar minn 25%.
Fl-istqarrija hemm spjegat kif pajjiżi oħra fl-Ewropa qed inaqqqsu l-prezz tal-fuel bżmod konsistenti. Eżempju fir-Renju Unit, bejn Diċembru u Jannar il-prezz tal-petrol u d-diesel naqas 14-il darba.
Il-kamra tal-kummerċ tagħmel anke referenza għall-fatt li f’Malta x-xufiera jqattgħu ħafna ħin fit-traffiku u kawża t’hekk jikkunsmaw aktar fuel.
Fl-aħħar mill-aħħar il-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija u l-Intrapriżi ż-żgħar, spjegat kif jekk il-prezz tal-petrol u d-diesel jorħos skont il-prezz internazzjonali taż-żejt kull ma jista’ jiġri hu li tiżdied il-kompetitivita’ tal-pajjiż
//= $special ?>