Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilta’ (KNPD) se tinvestiga l-każ ta’ Alma Renate Helga, Ġermaniża ta’ 76 sena li tgħix Malta kważi s-sena kollha, u tuża wheelchair tal-elettriku minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħitha.
Imma t-Tlieta li għadda hi tkeċċiet minn fuq tal-linja u qalulha li bil-wheelchair tagħha ma tistax tirkeb iżjed.
Issa qed tikkunsidra li ma tiġix iktar f’pajjiżna, u kif tirritorna lura l-Ġermanja mistennija tirrakkonta l-istorja tagħha fil-midja Ġermaniża.
F’kummenti li għadda ċ-Chairman tal-KNPD, Oliver Scicluna, hu qal li mindu ħa l-kariga qatt ma rċieva rapporti simili għal dan il-każ. Madankollu hu se jkun qed jagħmel kuntatt mal-persuna kkonċernata biex jiġi nvestigat il-każ.
Scicluna appella biex jekk persuni oħra għaddew minn sitwazzjoni simili jirrapurtaw lill-KNPD.
//= $special ?>