Internazzjonali Saħħa

Il-virus tal-Ebola għaddej mill-bidliet

Xjenzati barranin fil-Guinea irreġistraw il-bidliet fil-virus tal-Ebola, waqt li riċerkaturi mal-Istitut Pasteur, ta’ Franza, qed jinvestigaw l-iżviluppi biex jaraw jekk l-infezzjoni bil-virus ‘saritx aktar faċli’.

Fl-aħħar xhur, ‘il fuq minn 22,000 persuna kienu infettati bl-Ebola, b’madwar 8,800 imutu bl-effetti tal-virus fil-Guinea, Sierra Leone u l-Liberja.

Fil-preżent, ix-xjenzati qed janalizzaw mijiet ta’ kampjuni tad-demm mill-pazjenti tal-Ebola fil-Guinea waqt li jaraw kif il-virus ‘qed jinbidel minn stadju għall-ieħor’. Huma jridu wkoll jaċċertaw jekk il-virus tal-Ebola ‘illum’ jistax ikun trasmess aktar malajr minn bniedem għall-ieħor.

Minkejja t-tħassib li l-virus tal-Ebola jista’, ‘l quddiem, jiżviluppa sal-punt fejn jittieħed anki ‘min-nifs’ m’hemm l-ebda provi diretta li dan jista’ jseħħ. Dan meta l-każi kollha tal-infezzjoni, s’issa, seħħew minn kuntatt dirett mal-likwidu tal-ġisem tal-persuni infettati.