Futbol Sport

Il-winger Sean Vella jingħaqad ma’ Naxxar Lions Futsal

Naxxar Lions Futsal akkwistaw lill-winger ta’ 27 sena Sean Vella.

Matul il-karriera tiegħu, Vella lagħab ukoll għal Vittoriosa Stars Futsal u Gżira Futsal.

Il-klabb mistenni jħabbar ukoll iktar akkwisti fis-sigħat li ġejjin bl-iskop li jsaħħaħ l-iskwadra u jilħaq il-mira tal-promozzjoni.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futsal lokali fuq Replay (Net Television).