Lokali

AĠĠORNATA: Il-UBS tikkonferma li ma ntlaħaqx ftehim mal-Autobuses de Leon

Fi stqarrija l-Unscheduled Bus Services (UBS) kkonferma li ma’ ntlaħaqx ftehim mal-operatur tas-servizz tat-trasport pubbliku l-Autobuses de Leon u b’hekk mill-1 ta’ Frar il-kuntratt mal-UBS mhux ser jiġġedded minkejja li l-UBS fl-istqarrija tgħid li hawn nuqqas kbir ta’ vetturi.

Fl-istqarrija l-UBS awgurat li l-operatur Autobuses de Leon jwettaq l-obbligi tiegħu skond il-kuntratt kif imwiegħed u kif jixraqlu l-pubbliku.

Intant fi stqarrija l-Autobuses de Leon ħabbret li waslulha l-ewwel ħames karozzi, minn 32 karozza tal-linja, li se jkunu qed jintużaw minflok il-flotta mikrija tal-UBS. Il-karozzi huma tat-tip “low floor” , aċċessibbli u huma twal 12-il metru, għandhom il-kuluri l-ġodda tal-kumpanija, huma mgħammra b’magna Euro 5, u għandhom l-arja kkundizzjonata.

Aktar kmieni…
Nuqqas ta’ qbil bejn l-Unshedulded Bus Services u Transport Malta wassal għal inċertezza jekk nhar it-Tnejn li ġej il-kumpanija ġdida Spanjola li se topera t-trasport pubbliku hux se jkollha karrozzi biżżejjed biex topera r-rotot kollha.

Jirriżulta li din l-inċertezza nħolqot wara li l-kuntratt mal-UBS għall-karrozzi low floor għalaq fil-31 ta’ Jannar 2015. Kien permezz tal-karrozzi ta’ operaturi Maltin li, wara l-Arriva, is-servizz kien qed jingħata bejn il-5.15 am u l-11 pm.

Fl-aħħar granet saret laqgħa importanti bejn l-UBS u Tranpsort Malta li fiha ipparteċipa l-konsulent ta’ Transport Malta Konrad Pule. F’din il-laqgha kienet diskussa s-sitwazzjoni li fiha l-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon ipproponiet li l-kuntratt ikun estiż għal tliet ġimgħat sakmem jinġiebu l-karrozzi meħtieġa mill-Ingilterra.

Quddiem din il-proposta l-UBS pproponiet li huma jkollha id-dritt li jirrifjutaw l-ewwel offerta għas-servizzi għall-ħames snin li ġejjin iżda din kienet rifjutata mill-kumpanija Spanjola.
Il-UBS sostnew li fl-aħħar xhur kienu huma li ġabu Malta 37 karrozza tal-linja low floor biex jintużaw għas-servizzi fuq ir-rotot. Issa li se jidħol l-operatur Spanjol għadu mhux magħruf x’se jsir minn dawn il-karrozzi.

In-nuqqas ta’ qbil bejn il-kumpanija Spanjola u l-UBS wassal biex l-awtoritajiet tat-trasport f’Malta qed jikkunsidraw li min-nhar it-Tnejn jibdew jużaw is-servizzi tal-mini busues minħabba li m’hemmx vetturi biżżejjed biex ifornu r-rotot kollha.

Dan ukoll b’konswgwenza tal-fatt li l-karrozzi kollha li l-kumpanija Spanjola kellha iġġib minn barra baqgħu ma waslux kollha tant li 10 karrozzi li kellhom jintużaw għat-taħriġ spiċċaw jintużaw għall-ġarr tal-passiġġieri. L-operaturi Maltin li fl-aħħar xhur ġabu l-karrozzi tal-linja low floor appellaw lill-operatur Spanjol biex jikkunsidra jixtri dawn il-karrozzi minflok iġib oħrajn minn barra.