Ekonomija Internazzjonali

L-AZERBAIJAN: Il-BP tnaqqas 255 impjieg

Il-kumpanija prinċipali taż-żejt British Petroleum (BP) ħabbret li naqqset 255 impjieg, jew madwar tmienja fil-mija tal-ħaddiema tagħha fl-Azerbaijan hekk kif qed tnaqqas l-ispejjeż bi tweġiba “għall-ambjent tas-suq li qed joffri ħafna sfidi”.
Prezzijiet ta’ żejt mhux maħdum ilhom jonqsu bin-nofs minn Ġunju għall-prezz li hu inqas minn $50, u produtturi prinċipali taż-żejt ilhom inaqqsu l-ispejjeż tal-kapital u spejjeż oħrajn hekk kif il-prezzijiet ta’ żejt mhux maħdum naqas bin-nofs minn Ġunju.
F’Diċembru, il-BP ħabbret programm ta’ $1 biljun sabiex jitnaqqsu eluf ta’ impjiegi madwar id-dinja.
Fl-Azerbaijan, 105 ċittadini tal-post u 150 ċittadin barrani se jispiċċaw bla xogħol. Mill-1 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet, il-BP kellha 3,254 ħaddiem, inkluż 2,760 ċittadin tal-Azerbaijan.