“L-Integrity Officer tal-MFA Franz Tabone għandu jew jissostanzja dak li qal inkella jirtira l-akkużi li għamel fin-newsletter tiegħu dwar il-manipulazzjoni tal-partiti. Dan għaliex b’dak li kiteb Franz Tabone poġġa lil kull klabb taħt l-istess dell.”
Qal dan l-Avukat Adrian Delia, meta waqt il-Kunsill tal-MFA tkellem f’isem ll-Premier League Standing Committee b’reazzjoni għan-newsletter tal-Integrity Officer li fiha tkellem dwar il-korruzzjoni u l-manipulazzjoni tal-partiti lokali.
Delia kompla li jekk dak li qal is-Sur Tabone hu veru, jippretendi li l-informazzjoni li għandu l-Integrity Officer jew l-MFA jaġixxi fuqha, irrispettivament jekk min ta din l-informazzjoni hux se jixhed jew le għandha tittieħed azzjoni.
Malli temm l-intervent tiegħu, il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo sostna l-argument ta’ Adrian Delia u qabel li Tabone għandu jew jissostanzja l-argument tiegħu jew inkella jirtirah.
Intant il-President ta’ Pieta’ Hotspurs Joe Sammut mistenni jitlob lill-klabbs jiffirmaw affidavit fejn jiddikjaraw li huma mhux involuti fil-manipulazzjoni tal-partiti.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

