L-Eżekuttiv tal-MFA rrakkomanda li l-MFA ma tkomplix tinvestiga l-każ tal-plejer Arġentin Sebastian Siritto imma tat permess lil Qormi biex imorru għand il-Pulizija.
Dan il-każ jirrigwarda allegazzjoni ta’ firem foloz fuq dokument li daħal għand l-MFA; każ li fuqu Qormi weħlu sentenza ta’ tliet punti sospiżi.
Mad-deċiżjoni, il-President ta’ Qormi F.C. Redino Apap, li ddikjara li hu għadu qatt ma ta r-release lil dan il-plejer, qal hekk: “Mal-klabb tiegħi saret inġustizzja mill-MFA fil-każ ta’ dan il-plejer.”
Redino Apap iddikjara wkoll: “Jien tlabt u qed nerġa’ nitlob lil dan il-Kunsill biex qabel immur għand il-Pulizija, dan il-każ jerġa’ jiġi nvestigat internament mill-MFA.”
Temm jgħid: “Jien qed nallega quddiem il-Kunsill li hemm firem foloz, imma l-MFA ma’ tridx tinvestiga.”
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

