Futbol Sport

L-MFA tinnomina lill-Priċep tal-Ġordan għall-Presidenza tal-FIFA

L-MFA nnominat lill-Prinċep tal-Ġordan Ali bin Al Hussein għall-Presidenza tal-FIFA fl-elezzjoni għall-Presidenza tal-FIFA.

Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo qal li l-MFA ġiet avviċinata minn numru kbir ta’ persuni li riedu jkunu kandidati għal din il-pożizzjoni.

Madankollu l-għażla waqgħet fuq il-Prinċep Al Hussein anke’ għaliex jgħożż ir-responsabbilta soċjali li spiss juża l-flus biex jgħin lil min hu inqas ixxurtjat.

Al Hussein, li għandu 39 sena, ilu Viċi President tal-FIFA għall-Ażja sa mill-2011. Matul il-karriera tiegħu fil-futbol okkupa wkoll il-kariga ta’ President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Ġordan, u President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Ażja tal-Punent.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).