L-inizjattiva distrettwali u lokali tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN), li issa ilha fis-seħħ għall-aħħar sena, se tkun qed tiġi msaħħa bil-ħsieb li l-Partit Nazzjonalista jersaq iżjed viċin żgħażagħ tul il-kampanja tal-elezzjoniijet tal-Kunsilli Lokali. Din qed isservi ta’ opportunità għal ħafna iżjed żgħażagħ biex jixprunaw huma stess il-ħidma tal-MŻPN fil-lokalitajiet u l-komunitajiet tagħhom.
Il-PN diġà approva numru akbar ta’ żgħażagħ bħala kandidati għall-Kunsilli Lokali u l-elezzjoni ġenerali biex iservu mhux biss bħala wiċċ, iżda wkoll bi ħsibijiet u enerġija ġodda. Issa, permezz tal-fergħa tal-MŻPN, il-PN se jkompli jkun iżjed relevanti għal żgħażagħ u studenti madwar Malta u Għawdex.
F’dan il-kuntest, l-MŻPN qed jistieden lil dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jwasslu l-ideat tagħhom u jinvolvu ruħhom fil-ħidma tal-MŻPN fil-kampanja tal-elezzjonijiet lokali, b’mod speċjali fuq bażi tal-lokalitajiet u d-distretti tagħhom, biex jipparteċipaw f’seminar li se jsir is-Sibt, 7 ta’ Frar fl-10am fid-Dar Ċentrali.
L-MŻPN se jispjega l-ħidma tas-sistema distrettwali u l-ħidma li hemm bżonn. Ikun hemm spazju biex jitressqu l-opinjonijiet u l-ideat ta’ kif tista tittejjeb u titwettaq aħjar il-ħidma tal-MŻPN fil-komunitajiet tagħna. Din se tkun opportunità biex int tifforma parti mill-familja dejjem tikber tal-MŻPN u tkun fiċ-ċentru tal-kampanja tagħna.
//= $special ?>