Internazzjonali

Lejn gwerra fit-tul kontra l-ISIS

Il-Prim Ministru Kurd Nechirvan Barzani wissa li minkejja diversi rebħiet fil-gwerra kontra l-ISIS, il-koalizzjoni dinjija kontra l-grupp kienet inadekwat. Hu bassar li se jkun hemm bżonn kampanja militari oħra biex il-belt Iraqina ta’ Mosul tittieħed mill-ġdid u dan mhux mistenni jseħħ qabel il-Ħarifa.
F’intervista li saritlu, Barzani qal li kien hemm ftit ċans li l-moviment ġiħaddista jingħeleb sakemm il-gwerra ċivili tibqa’ sejra fis-Sirja, l-Armata Iraqina tibqa’ teżisti aktar fuq il-karta milli fuq l-art u l-forzi Kurdi tal-Peshmerga fit-Tramuntana tal-Iraq jibqgħu dgħajfa fl-armi.
“Din hi gwerra twila. L-ISIS jikkontrolla aktar minn 15-il miljun persuna fl-Iraq u fis-Sirja…l-ISIS jinsab kontrollat iżda għadu kapaċi li jwettaq l-attakki”, sostna Barzani, in-neputija tal-President Massoud Barzani.

Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada