Lokali

Pazjenti trasferiti fid-dining rooms f’San Vincenz de Paule

Ritratt mill-arkivji

L-aktar xhur krudili mal-anzjani huma mingħajr dubju Jannar u Frar, minħabba t-temperaturi kesħin tant li jkun ħafna dawk l-anzjani li l-kesħa taffetwhom tant li jkollhom bżonn is-servizz tas-saħħa tal-Gvern.

Iżda f’dan il-perjodu l-Gvern fl-Isptar Karen Grech u f’San Vincenz de Paule għalaq xi wards biex isir xogħol ta’ ristrutturar.

Tkellem dwar dan il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Anjani, l-Familja, l-persuni b’diżabilta’ u s-solidarjeta soċjali, Robert Cutajar, waqt il-programm Newsdesk fuq Radio 101.

Robert Cutajar sostna li l-Gvern għandu jkun aktar responsabbli u joffri servizz għall-anzjani xieraq u mhux jgħalaq wards fi żmien meta l-anzjani l-aktar li jkollhom bżonn.

Waqt Newsdesk ntqal kif f’San Vincenz de Paule hemm wards li fihom qed isir xogħol ta’ ristrutturar tant li l-pazjenti ġew trasferiti fid-dining rooms li qegħdin f’wards Serenity u Madre Tereza.

Dan minbarra lift f’St Joseph Ward 9, f’San Vincenz de Paule, li ilu ma jaħdem ġimgħat. Imbgħad f’St Joseph Ward 3, li suppost ilha li ġiet inawgurata, għadu qed isir xogħol bħal dak ta’ xkatlar waqt li l-pazjenti jkunu fil-wards fis-sodod rispettivi tagħhom.