Sergei Shoigu, il-Ministru għad-Difiża tar-Russja, il-Ġimgħa ħabbar li hu mhu se jħalli lil ħadd jikseb superjorità militari fuq ir-Russja u saħaq li Moska se tkun qed iwettaq pjan sabiex il-forzi armati Russi jkunu modernizzati sal-2020.
Sadanittant, ir-Russja xejnet stqarrijiet li l-ajruplani militari tagħha ħolqu interruzzjonijiet lill-avjazzjoni ċivili fir-Renju Unit din il-ġimgħa.
L-Ambaxxatur Russu fir-Renju Unit insista li r-rondi kienu ta’ “rutina” u skont “normi legali internazzjonali”.