Ekonomija Kummerċ

Prezzijiet baxxi tal-fuel jixpruna l-infieq

L-ekonomija Amerikana x’aktarx kibret b’rata kemxejn għolja fl-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet hekk kif prezzijiet baxxi tal-petrol u diesel wasslu għal aktar infiq mill-konsumatur.
Skont studju li sar mill-ekonomisti, il-prodott gross domestiku probabbilment espanda b’pass annwali ta’ tlieta fil-mija. Filwaqt li kien hemm pass ’l isfel mit-tliet xhur ta’ qabel, it-tbassir hu li l-ekonomija Amerikana aktarx se tkompli tirpilja.