David Alejandro Reano ta’ Naxxar Lions issieħeb lil Żebbuġ Rangers, b’dawn tal-aħħar komplew bis-serje ta’ aktar akkwisti wara li din il-ġimgħa akkwistaw lil Luke Montebello mingħand Valletta.
L-akkwist ta’ Reano jfisser li l-kowċ Alfonso Greco akkwista d-difensur li xtaq wara li suppost din il-ġimgħa kellu jasal f’pajjiżna l-eks internazzjonali Niġerjan Monday James iżda baqa’ ma tfaċċax. Minflok Żebbuġ akkwistaw lil Reano.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

