Futbol Sport

Tasal il-firma ta’ Alex Nilsson ma’ Qormi F.C.

Il-Ġimgħa filgħaxija waslet il-firma ta’ Alex Nilsson ma’ Qormi F.C.

Dan l-attakkant Grieg/Żvediż ta’ 22 sena fil-passat lagħab għal Malmö FF; klabb ewlieni fl-Iżvezja. Hu kien iddebutta bħala sostitut fl-eta’ ta’ 15-il sena u sentejn wara, fid-debutt tiegħu mal-ewwel 11, kien skurja doppjetta.

Dan il-plejer irrappreżenta wkoll lil pajjiżu fil-livell ta’ taħt is-17-il sena fejn skurja 4 gowls f’10 logħbiet u mal-iskwadra ta’ taħt id-19-il sena b’gowl f’żewġ logħbiet.

Iktar dwar il-plejer hawn.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).