Futbol Sport

Xewkija Tigers jakkwistaw lin-Niġerjan Eric Chidi Nwankwo

Xewkija Tigers akkwistaw lill-attakkant/midfielder Niġerjan Eric Chidi Nwankwo sa tmiem l-istaġun.

Dan l-attakkant, li għandu 30 sena, kien mingħajr klabb. Dan wara li riċentament f’Għawdex lagħab ma’ Sannat Lions u SK Victoria Wanderers.

Fir-ritratt: Il-President ta’ Xewkija Tigers Jeffrey Farrugia (xellug) u s-Segretarju Joseph Attard (lemin).

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).