Futbol Sport

Zachary Gatt misluf lil San Ġwann

Il-midfielder ċentrali ta’ 19-il sena Zachary Gatt se jkompli dan l-istaġun ma’ San Ġwann, b’self mingħand Luxol St. Andrew’s.

Zachary Gatt beda l-esperjenza tiegħu fil-futbol fl-akkademja tal-Melita fejn ħa sehem ukoll f’turnej fl-Ungerija (2004) u Wales (2007). Ma’ dan il-klabb hu ħa l-unur tal-iktar plejer li wera progress mal-U7, 8, 9 u 10s.

Fl-2008 Zachary ingħaqad ma’ Pieta Hotspurs fejn ħa sehem f’turnew f’Manchester (2008) u rebaħ in-KO U15s (2009) u l-kampjonat (2010).

Fl-2013 hu ngħaqad ma’ Luxol St. Andrew’s u ddebutta wkoll bħala sostitut f’numru ta’ partiti mal-iskwadra ewlenija.

Gatt lagħab ukoll għat-tim nazzjonali Malti mill-kategorija ta’ taħt il-11-il sena sa dik ta’ taħt id-19-il sena.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).