Wara li l-Ġimgħa nqaleb trakk fuq vapur tal-Gozo Channel waqt li dan kien abbord l-MV Gaudos, li kien qed jaqsam il-fliegu bejn Malta u Għawdex, matul il-ġurnata tas-Sibt, numru ta’ sewwieqa ta’ vannijiet kbar iddeċiedew li jieħdu l-prekawzzjonijiet meħtieġa biex ma tmisshomx l-istess xorti.
Filfatt kienu uħud is-sewwieqa ta’ vannijiet kbar abbord il-vapuri tal-Gozo Channel li rabtu l-vannijiet u l-vetturi tagħhom miż-żewġ naħat bil-ktajjen għal sigurta’ akbar minħabba r-riħ qawwi u t-taqlib tal-baħar.
Filfatt, ħafna mill-ħin matul il-ġurnata tas-Sibt, kien ikkaratterizzat b’baħar imqalleb ħafna fejn il-fliegu, tant li l-vapuri tal-Gozo Channel bdew jieħdu rotta itwal billi jgħaddu minn wara Kemuna għal sigurta’ akbar – proċedura normali meta l-baħar ikun xi ftit jew wisq imqalleb.
//= $special ?>