Kumpanija fl-Iżvezja ordnat li l-ħaddiema tagħha jkollhom ċippa nstallata taħt il-ġida fil-pala ta’ idejhom biex ikunu jistgħu jidħlu fil-bini u biex jagħmlu fotokopji waqt ix-xogħol.
Din il-kumpanija neħħiet is-sistema’ ta’ karta tal-identita’ u minflok, issa madwar 400 ħaddiem tal-kumpanija jridu jgħaddu idejhom minn scanner li taqra din iċ-ċippa, li fiha daqs ta’ ftit millimetri.
“Din it-teknoloġija tinsab magħna biex tibqa’ għall-futur. Ninsab ċert li mhux se nibqgħu nsibuha stramba li jkollok ċippa impjantata f’idejk,” saħaq Hannes Sjoblad, uffiċjal tal-kumpanija li qed tinvesti f’dawn iċ-ċipep.
//= $special ?>