Internazzjonali Kurżitajiet

FILMAT: UFO inqabad minn kamera ħdejn vulkan Messikan

UFO li mal-ewwel daqqa’ t’għajn jixbaħ żiemel itir ġie ntlemaħ qrib wieħed mill-aktar vulkani attivi fil-Messiku. L-oġġett skur deher itir qrib il-vulkan Colima, xi 300 mil ‘il bogħod minn Mexico City. Webcam qabdet id-duħħan ħiereġ mill-vulkan, meta f’daqqa waħda dan sparixxa.

Loyola Quintanilla Rosas, xhud ta’ 24 sena, qalet: “Meta rajtu, ħsibt li kien jixbaħ xi żiemel…kien oġġett kbir u kien qisu annimal”.

Dilettanti tal-UFOs qalu li huma jaħsbu li l-oġġett seta’ kien vettura spazjali filwaqt li għamlu referenza għal dehriet oħra li seħħew fil-passat waqt żbroffi minn vulkani fil-Messiku.

Fl-2012, oġġett fl-għamla ta’ sigarru kien iffilmjat itir ġewwa l-vulkan Popocatepetl fiċ-ċentru tal-Messiku.

U fl-aħħar ta’ Novembru tas-sena l-oħra, oġġett abjad inqabad mill-kamera itir madwar l-istess vulkan.