Internazzjonali

Folla enormi ta’ nies tipprotesta kontra l-miżuri ta’ awsterità fi Spanja

Għexieren ta’ eluf ta’ nies inġabru fiċ-ċentru ta’ Madrid u ħadu sehem f’rally organizzat mill-partit radikali tax-xellug Spanjol, Podemos.

“Il-Mixja għall-Bidla” hi waħda mid-dimostrazzjonijiet tal-massa organizzati mill-partit, li qed jaħdem biex ikollu l-istess rebħa li kiseb l-alleat tagħha, il-partit Syriza, fil-Greċja.

Skont l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika, il-partit Podemos jinsab fuq quddiem u se jkun jistinka biex tkun maħfura parti mid-dejn ta’ Spanja jekk jirbaħ l-elezzjonijiet aktar tard din is-sena.

Il-Podemos qal li l-politiċi għandhom “iservu lin-nies, mhux l-interessi privati”.

Id-dimostranti mxew fl-istess toroq li fl-aħħar sitt snin raw diversi folol ta’ nies kontra miżuri ekonomiċi, li ġew imposti minn gvernijiet suċċessivi,kawża tal-kriżi finanzjarja, .