Mill-inqas 40 persuna ġew rappurtati li nqatlu hekk kif il-ġlied bejn truppi Ukreni u ribelli favur l-unjoni mar-Russja, qliel fil-Lvant tal-Ukrajna.
Is-separatisti favur l-unjoni mar-Russja qed stinkaw biex jiċċirkondaw forzi leali lejn il-gvern Ukren.
Uffiċjali Ukrejni qalu li 15-il suldat u 12-il persuna ċivili nqatlu f’dawn l-aħħar sigħat. Is-separatisti rrapportaw 13-il mewta.
Stepan Poltorak, il-Ministru għad-Difiża tal-Ukrajna, qal li s-separatisti qed iżidu l-pressjoni fuq Debaltseve, arterja prinċipali fil-Grigal tal-ikbar belt, Donetsk, kif ukoll tal-belt ġara ta’ Vuhlehirsk.
Is-separatisti ukoll qed ikomplu jheddu lil Mariupol, belt li għandha popolazzjoni ta’ nofs miljun ċittadin fix-Xlokk tal-pajjiż fuq il-kosta tal-Baħa ta’Azov.
Sadattant, taħditiet urġenti għall-paċi bdew f’Minsk, il-kapitali ta’ Belarus. Rappreżentanti mill-Ukrajn u mir-Russja, kif ukoll mibgħuta speċjali għan-nom tar-ribelli u membri mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), qed jieħdu sehem fil-laqgħa.
Fit-taħditiet qed ikunu diskussi proposti għal waqfien immedjat mill-ġlied, l-irtirar ta’ armi sofistikati u dwar l-iskambju ta’ priġunieri.
//= $special ?>