Edukazzjoni Lokali

Il-kunsill ta’ l-istudenti tal-Higher Secondary jiddefendi r-reputazzjoni tal-iskola

Il-kunsill tal-istudenti tal-Giovanni Curmi Higher Secondary School fi stqarrija esprima diżappunt għal storja riċenti li dehret f’gazzetta lokali. Storja li fiha ssemma allegat abbuż ta’ droga b’rabta ma’ l-attendenza fl-iskola.

Il-Kunsill fl-istqarrija saħaq li l-iskola dejjem poġġiet l-edukazzjoni tal-istudenti fuq quddiem nett tal-prijoritajiet tagħha. L-istqarrija tgħid li l-istudenti kollha huma milqugħa speċjalment peress li l-Giovanni Curmi Higher Secondary hija l-unika skola li toffri t-tieni ċans lill-istudenti u toffri korsijiet magħmula apposta għall-istudenti li jixtiequ jistudjaw barra jew li jixtiequ jistudjaw suġġetti li normalment mhumiex studjati flimkien.

L-istudenti mhumiex biss numri iżda jingħataw kura pastorali tkompli tgħid l-istqarrija. L-istqarrija tgħid li l-kunsill mhux less jaċċetta li l-fama ta’ l-iskola titħammeġ b’dan il-mod minħabba individwu wieħed.

L-istqarrija tintemm billi tirringrazzja lill-istudenti u lill-istaff tal-skola ta’ ħidma li tul is-snin tgħat ħafna frott.