Edukazzjoni Knisja Lokali

Il-Kurja tħabbar l-applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja

Il-Kurja fi stqarrija ħabbret li nhar it-Tnejn, nhar ta’ Tlieta u fid-9 ta’ Frar ser ikunu qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għad-dħul fil-livell ta’ kindergarten u l-ewwel sena primarja ta’ l-iskejjel tal-knisja.

Fl-istqarrija il-Kurja qalet li fil-livell ta’ kindergarten kien 25 post għal subien u 30 għal bniet filwaqt fil-livell ta’ l-ewwel sena tal-primarja kien hemm 244 post għas-subien u 144 għal bniet.

Aktar dettalji jinsabu fir-Regolamenti tad-Dħul fuq il-websajt tal-Knisja f’Malta thechurchinmalta.org