Lokali

Ingliż jibqa’ dieħel ġo bollards tal-concrete

Ingliż ta’ 26 sena u residenti Marsaskala sofra ġrieħi gravi meta kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ għal ħabta tas-sitta ta’ filgħodu. L-inċident li seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Gżira ra l-Ingliż li kien qiegħed isuq mutur jaħbat ġo bollards tal-concrete.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn qiegħed jingħata l-assistenza medika meħtieġa.