Il-Konfederazzjoni Maltija ta’ Trade Unions, is-CMTU fi stqarrija qalet li taqbel mas-sejħa sabiex issir laqgħa tal-MCESD sabiex ikunu diskussi t-tariffi tal-enerġija. Is-CMTU qalet li l-gvern u l-imsieħba soċjali għandhom obbligu li jassiguraw li min iħallas it-taxxi ma’ jkunx mgħobbi b’piżijiet żejda speċjalment meta l-prezz taż-żejt qiegħed dejjem ikompli jinżel.
Is-CMTU appellat lil gvern sabiex ikun trasparenti fil-proċess li bih jiġu stabbiliti l-prezzijiet fis-settur tal-enerġija fosthom il-fuel. Is-CMTU qalet li l-gvern għandu jinvolvi lil imsieħba f’soċjali f’dak kollu li jaffetwa l-kwalita’ tal-ħajja ta’ min iħallax it-taxxa.
//= $special ?>