Għawdex Lokali

Is-servizz tal-Gozo Channel affetwat mir-riħ

Is-servizz tal-Gozo Channel mhux qed jimxi mal-iskeda normali kawża tar-riħ qawwi li qed jaħkem bejn il-fliegu bejn Malta u Għawdex.

Dan qed iwassal ukoll biex il-vapuri tal-Gozo Channel qed ikollhom jagħmlu vjaġġ itwal u jduru minn wara Kemuna.

Hija proċedura normali tal-Gozo Channel li l-vapuri jieħdu din ir-rotta biex inaqqsu l-periklu u jilqgħu għar-riħ qawwi.

Il-baħar imqalleb ilbieraħ wassal biex trakk li kien abbord il-vapur MV Gaudos spiċċa inqaleb fuq ġenb.