Raġel ta’ 47 sena il-bieraħ filgħaxija nstab mejjet fir-residenza tiegħu fi Triq Miggiani fil-Ħamrun. Fuq il-katavru tar-raġel, li nstab fuq tapit, ma’ nstabu ebda sinjali ta’ vjolenza.
Ir-raġel kien qiegħed jgħix flimkien ma’ ħabib tiegħu.
Dwar dan il-każ ġiet ordnata inkjesta maġisterjali. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>