Estremisti Iżlamiċi mill-ISIS ħatfu impjant żgħir taż-żejt mhux maħdum qrib il-belt ta’ Kirkuk fl-Iraq, fejn kienu qed jaħdmu 15-il persuna.
Żewġ uffiċjali mill-kumpanija mexxija mill-istat North Oil Co. kkonferma li l-militanti ħatfu dan l-impjant żgħir f’Khabbaz u qal li 15-il ħaddiem taż-żejt jinsabu rappurtati nieqsa wara li l-kumpanija tilfet il-kuntatt magħhom.
Sadattant espert dwar l-armi kimiċi mal-ISIS fl-Iraq inqatel f’azzjoni militari tal-koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti.
//= $special ?>