Ekonomija Kummerċ Lokali

Miżata ġdida mill-aġenzija tal-gvern FIAU

Aġenzija tal-Gvern, imsejjħa il-‘Financial Intellignce Analaysis Unit’ se tkun qed timponi miżata ġdida fuq mijiet ta’ avukati, accountants, banek u entitajiet oħra li jipproċessaw transazzjonijiet monetarji kbar.

Skont il-proċeduri stabbiliti għal dawn it-tip ta’ professjonisti u entitajiet, darba fis-sena irid jitħejja rapport li jiġi ppreżentat lil din din l-aġenzija tal-Gvern biex ikun assigurat li fl-operat tagħhom ma kienx hemm transazzjonijiet suspettużi u bi skop ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu.

Issa, dawn il-professjonisti u entitajiet oħra se jkollhom iħallsu bejn 50 ewro u 65 ewro sempliċiment biex ikunu jistgħu jissottomettu ir-rapport tagħhom. Fl-avviż, li ħareġ fis-seba ta’ Jannar li għadda, ntqal ukoll li jekk ma jsirx il-ħlas ta’ din il-mizata, l-ebda rapport ma jkun aċċettat jew proċessat.

Tags