Il-gvern ta’ Venezuela mmexxi mill-President Nicholas Maduro qiegħed fil-mira tal-kontroversja b’regoli ġodda maħruġa mill-Ministru tad-Difiża Vladimir Padrino Lopez fejn l-armata issa ser tkun tista’ tispara fuq kull min joħroġ jipprotesta jekk is-suldati jħossu li ħajjithom qegħdha fil-periklu.
Il-gvern qal li l-għan tar-regoli huwa sabiex ikun hemm protokol ċar li jgħin itejjeb ir-rispons militari fil-konfront ta’ protesti. Saħaq li r-regoli nkitbu b’rispons profond għad-drittijiet umani, l-ħajja u d-dimostranti.
Bosta osservaturi qegħdin jisħqu madankollu li r-regoli l-ġodda tant huma vagi li huma perikolużi. Marcela Maspero f’isem l-Union Nazzjonali tal-Ħaddiema saħansitra saħqet li r-regoli l-ġodda huma thedida diretta għall-ħaddiema. Ta’ l-istess fehma kien il-kelliem għal għaqda mhux governattiva Control Ciudadano, Rocio San Miguel li saħaq li r-regoli huma perikolużi, vagi u kontroversjali.
//= $special ?>