Abdifatah Abdi ta’ 20 sena, Somalu residenti f’Raħal Ġdid, ngħata sentenza ta’ sentejn priġunerija u multa ta’ €4,000 wara li ammetta li hedded żewġ puliżija nisa u waddab ġebel fid-direzzjoni ta’ karozza tal-Pulizija ilbieraħ filgħaxija.
L-inċident seħħ wara li ż-żewġ pulizija sabu lir-raġel jargumenta ma’ prostituta fil-Marsa. Is-Somalu mbgħad qabad jargumenta mal-uffiċjali.
Abdi ammetta wkoll li ma obdiex l-ordinijiet tal-Pulizija, li kiser il-paċi pubblika u li wettaq reat waqt li qed jiskonta sentenza sospiża ta’ sena.
Il-qorti kienet preseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia.
//= $special ?>