Internazzjonali

Sergio Mattarella hu l-President il-ġdid tal-Italja

Il-president il-ġdid tal-Italja hu Sergio Mattarella.

L-eks imhallef fil-Qorti Kostituzzjonali u l-eks ministru kien elett fir-raba’ rawnd ta’ votazzjoni għal kap ta’ stat ġdid.

Sergio Mattarella, ta’ 73 sena, kien il-kandidat preferut tal-Prim Ministru Matteo Renzi – nomina li rrabjat lir-rivali tal-oppożizzjoni Silvio Berlusconi, li qal li Renzi kiser wegħda dwar riformi billi ma pproponiex kandidat konġunt.

Mattarella rebah appoġġ unanimu mill-partit ta’ Renzi, li qed jopponi alleanza ma’ Berlusconi.

Sergio Mattarella se jieħu post Giorgio Napolitano li rriżenja fil-bidu ta’ Jannar.