Internazzjonali

Teskala t-tensjoni bejn il-Ġordan u l-ISIS

Rapporti fil-media internazzjonali qegħdin jgħidu li s-sitwazzjoni bejn il-gvern tal-Ġordan u l-militanti tal-Istat Iżlamiku qegħda tkompli tara żieda qawwija fit-tensjoni bejn iż-żewġ naħat. Dan hekk kif l-istess rapporti qegħdin jgħidu li l-gvern tal-Ġordan qiegħed jisħaq mal-militanti tal-Istat Iżlamiku li jekk huma joqtlu lil pilota tal-qawwiet tal-Ġordan Muath al-Kaseasbeh l-esekuzzjoni ta’ Sajida al-Rishawi, li l-ISIS qegħdin jitolbu l-ħelsien tagħha, ser jiġi mgħaġġel aktar.

L-istess rapporti ma’ jeskludux li priġunieri oħra meqjusa bħala militanti tal-ISIS wkoll jiffaċjaw l-istess sitwazzjoni jekk l-ISIS toqtol il-pilota mill-Ġordan,

Minn naħa tagħhom l-ISIS qegħdin jheddu li joqtlu lil pilota jekk al-Rishawi ma’ tinħelisx minnufih.