Albaniża residenti fl-Italja, qrib il-belt ta’ Lecco, ħarbet lejn is-Sirja biex tingħaqad mal-militanti terroristi tal-Istat Iżlamiku. Il-mara ħadet magħha lil binha li għadu żgħir waqt li ħalliet lir-raġel tagħha maż-żewġ ulied l-oħra bniet.
Il-każ ħareġ hekk kif ir-raġel, li hu wkoll Albaniż, għamel rapport l-għassa tal-Pulizija. Il-Pulizija Taljana qed iżżomm ristretta l-informazzjoni kollha dwar il-każ minħabba n-natura ta’ dak li seħħ. Skont ma qed jiġi allegat, il-mara tħajret mill-ħlas li l-militanti qed iwegħdu lil nisa Musulmani li jgħixu fl-Ewropa jekk jieħdu uliedhom subien biex jitħarrġu ħalli jsiru terroristi.
//= $special ?>