Lokali

Arrestat wara li nqabad jisraq mill-karozzi fil-Floriana

Raġel qed jinżamm mill-Pulizija fuq suspett li seraq minn żewġ vetturi fi Triq San Publju fil-Floriana għall-ħabta tas-5.45pm.

Il-Pulizija waslu fil-post wara li raġel wara li ġew infurmati bil-każ minn resident li osserva dak li kien qed jiġri fit-triq.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.