SLIEMA W……….1
BIRKIRKARA…..1
Sliema: G. Zammit, A. Muscat, A. Scozzese, J. Borg, J. Mintoff (P. Xuereb 62’), F. Talato (A. Pisanu 70’), M. Potezica, T. Cilia, D. Bocar, B. Muscat (A. Xuereb 79’), S. Biancardi
Birkirkara: J. Haber, E. dos Santos Gonzaga (K. Zammit 76’), N. Vukanac, M. Mazzetti Latini, S. Haruna Shodiya, R. Ledesma, G. Sciberras (M. Bissi 87’), E. Herrera, P. Fenech, R. Camenzuli, R. Scicluna (E. Agius 65)
Imwissija: N. Vukanac 9’, R. Scicluna 32’, J. Haber 45’, E. Herrera 65’, K. Zammit 81’ kkk(B), T. Cilia 28’, J. Borg 34’, D. Bocar 45’(S)
Skorjaw: R. Ledesma 19’ (B), T. Cilia 89’ (S)
Referee: Laurent Kopriwa (LUX)
Plejer tal-Logħba: Rafael Ledesma (BK)
F’partita medjokri, Sliema ħadu punt meta spiċċaw 1-1 kontra Birkirkara. Dan il-punt għas-Slimiżi kien importanti wara partita sħiħa mingħajr azzjoni denja. Birkirkara għandhom għalfejn ikunu diżappuntati wara li minkejja li ma kellhomx wirja brillanti, kellhom il-partita f’idejhom il-ħin kollu u issa komplew jinqatgħu mill-postijiet ta’ fuq meta baqgħu 14-il punt taħt Hibernians.
Għal Birkirkara ddebutta d-difensur Arġentin Mauricio Mazzetti Latini li ħa post Alejandro Mendoza li ngħaqad ma’ Qormi filwaqt li dos Santos Gonzaga beda flok is-sospiż Zach Muscat. Żewġ bidliet ukoll għall-kowċ Slimiż Stephen Azzopardi, b’Andrea Scozzese u Beppe Muscat jirritornaw mal-ewwel ħdax u jibdew flok is-sospiżi Andrea Scozzese u Mark Scerri.
L-ewwel azzjoni waslet fit-13-il minuta meta Rafael Ledesma qabeż lil Mintoff u pprova darbtejn iżda t-tieni konklużjoni kienet imtajra minn fuq il-linja. Birkirkara marru fil-vantaġġ fid-19-il minuta meta Sciberras għadda lejn RAFAEL LEDESMA li għeleb lil Glenn Zammit bir-ras. 11-il minuta wara xutt ta’ Ryan Scicluna ħabat fuq in-naħa ta’ barra tax-xibka u hekk għalqet l-ewwel taqsima.
It-tieni fażi kompliet fuq l-istess ritmu baxx u kien fis-70 minuta li waslet azzjoni denja meta xutt ta’ Gonzaga, kien salvat parzjalment minn Zammit, b’Ryan Camenzuli jiskorja mill-viċin iżda l-assistent referee għolla l-bandiera għal offside. Żewġ minuti wara Edmond Agius għadda tajjeb iżda kellu x-xutt jistampa mal-mimduda.
Birkirkara kellhom jiblu lil Eliandro dos Santos Gonzaga li weġġa’ fil-75 minuta u ħames minuti wara Ledesma għadda tajjeb lejn Edmond Agius iżda għal darba oħra ġie mċaħħad din id-darba mill-wieqfa.
Birkirkara tilfu wkoll lil Gareth Sciberras fit-87 minuta u żewġ minuti wara ġara dak li ftit kienu qegħdin jaħsbu. Fl-uniku attakk tagħhom minn ballun fit-tul, indeċiżjoni ta’ Haber u Herrera swiet qares bil-ballun jispiċċa għand TREVOR CILIA li qabbeż fuq Haber u tefa’ fuq it-tieni lasta biex it-tisfira finali ntlaqgħet minn diżappunt kbir għall-partitarji Karkariżi.
//= $special ?>

