Lokali

Eritrejan bi ġrieħi gravi wara ġlieda fil-Marsa

Raġel ta’ 28 sena mill-Eritreja spiċċa bi ġrieħi gravi wara ġlieda li seħħet kmieni dalgħodu. Ir-raġel, li jgħix Birkirkara, spiċċa ferut f’Xatt il-Mollijiet.

Għadha mhix magħrufa r-raġuni wara l-argument.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.