Mhux kulħadd ikun lest jaċċetta r-riżultati li toffrilna l-ħajja. U dan jista’ jingħad b’mod ċar għall-kontestanti ta’ Konkors tas-Sbuħija fil-Brażil.
Fil-filmat mehmuż mal-istorja jidhru numru ta’ nisa jifirħu lir-rebbieħa tal-konkors. Iżda waqt dan il-mument importanti tal-Konkors, waħda min-nisa, li ma rnexilhiex tikseb it-titlu li tant xtaqet, tidher tiġbed il-kuruna minn fuq ras ir-rebbieħa u titfagħha mal-art f’mument ta’ rabja, qabel ma tħalli l-palk.
//= $special ?>