Lokali

Hemm bżonn azzjoni mmedjata fis-servizz tas-saħħa għall-anzjani – Robert Cutajar

Ritratt mill-arkivji

F’Mejju tal-2013 il-gvern kien qal, permezz ta’ stqarrija maħruga mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, d-DOI, li fetaħ dar tal-Anzjani f’Għawdex.

Iżda f’din l-istqarrija ingħad li d-dar tal-anzjani tista sservi biex tilqa anzjani barranin ta’ kwalita’ li jistgħu jibdew jnaqqxu niċċa turistika ġdida għal Għawdex.

Wieħed jistaqsi: minbarra li d-dar mill-2013 għadha ma nfetħitx, kif il-gvern jista’ joffri servizz, sodod għal anzjani minn barra minn Malta, meta għall-anzjani Maltin il-Gvern għadu ma sabx post. Tant li riċentament saħansitra mietu persuni fil-kuridur tal-Isptar Mater Dei, għaliex ma kienx hemm post għalihom f’xi ward f’Mater Dei.

Iżda n-nuqqas ta’ d-dinjita’ fil-konfront tal-pazjenti taħt dan il-Gvern tmur oltre minn hekk.

Din id-darba: fi Frar tas-sena l-oħra fuq is-sit elettroniku tax-xandir tal-istat, is-sit ta’ tvm, fi storja dwar l-istess dar tal-anzjani f’Għawdex, intqal li l-ħsieb wara din id-dar hu li fiha jkun hemm kmamar b’żewġ sodod bl-għan li jakkomodaw koppji anzjani biex ma jinfirdux fl-aħħar snin ta’ ħajjithom.

Iżda informazzjoni li waslet għand dan il-ġurnal jirriżulta li anzjana ta’ ‘il fuq minn 90 sena ilha tapplika biex tkun rikoverata fir-residenza tal-anzjani Zammit Clapp biex tingħaqad ma’ żewgha li wkoll għandu ‘il fuq minn 90 sena. Iżda wara sebgħin sena żwieġ, iż-żewġ anzjani, l-mara u r-ragel ilhom minn Novembru tal-2013, jgħixu b’mod separat. Dan ghaliex, skont anke dak li qalulna l-qraba tal-koppja, li l-bord li jiddeċiedi fuq każijiet bħal dawn mhux iqis dan il-każ partikolari bħala prijorita’ minkejja dak li kien qal il-Gvern.

Robert Cutajar, il-Kelliem tal-Oppozizzjoni għall-Anzjani, Familja u Persuni b’diżabilita’ appella lill-Gvern biex jiħu azzjoni dwar dan il-każ.