Il-Papa Franġisku l-Ħadd ħabbar li f’Ġunju ta’ din is-sena kien se jżur il-kapitali tal-Bosnja, Sarajevo.
Hu qal li kien se jmur fis-6 ta’ Ġunju għal ġurnata ta’ talb għall-paċi u d-djalogu fost ir-reliġjonijiet.
L-aħħar żjara ta’ Papa f’Sarajevo kienet mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1997 filwaqt li hu kien reġa mar il-Bosnja fl-2003 meta żar Banja Luka.
Il-Papa f’Ġunju għal Sarajevo
