Is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry kien immultat $50 talli naqas milli impala l-borra mill-bankina barra d-dar tiegħu f’Boston.
John Kerry kien fl-Arabja Sawdija mal-President Barack Obama fuq żjara ta’ kondoljanza wara l-mewt tar-Re Abdullah, meta l-agħar maltempata bil-borra ħakmet l-istat ta’ New England.
Madwar żewġ piedi ta’ borra niżlet f’Boston, fejn is-sidien tad-djar huma obbligati biex iħallu passaġġ fuq il-bankina quddiem id-djar tagħhom.
Kerry, li jgħix fid-distrett ta’ Beacon Hill, ma obdiex il-liġi – u ġarrab il-konsegwenzi.
Skont il-Boston Herald, il-pulizija li ħareġ iċ-ċitazzjoni ma kienx jaf li min wettaq il-kontravenzjoni kien is-Segretarju tal-Istat Amerikan!
//= $special ?>