Qormi F.C. jinsabu f’diskussjonijiet mal-eks kowċ ta’ diversi klabbs tal-Premier f’Malta, Mark Miller, li mexxa fost l-oħrajn lil Valletta u Hibernians.
Kien ukoll kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena.
Dan wara li l-kowċ Josef Mansueto rriżenja mill-kariga wara li s-Sibt Qormi ġarrbu t-12 il telfa tal-istaġun kontra r-rivali ġirien Żebbuġ u li permezz tagħha spiċċaw ankrati fl-aħħar post tal-Premier.
Mansueto offra r-riżenja tiegħu lill-kumitat il-Ħadd. Dan wara li kien ingħaqad ma’ Qormi f’Lulju wara li għamel żmien fis-settur tekniku tal-MFA.
Fl-aħħar jiem il-President ta’ Qormi Redino Apap kien qal li mhux lest li jneħħi lil Mansueto minn kowċ għaliex jemmen bis-sħiħ li l-problema dan l-istaġun mhux il-kowċ imma l-plejers.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>
