Internazzjonali Kurżitajiet

Kemm se tgħix? Riċerkaturi jgħidu li bidliet kimiċi fid-DNA jistgħu jiżvelaw l-għajxien tagħna

Ix-xjenzati identifikaw arloġġ bijoloġiku li jista’ jgħin biex ibassar il-ħajja ta’ persuna.

Ir-riċerkaturi studjaw bidliet kimiċi fid-DNA sabiex tkun stabbilita l-età bijoloġika ta’ individwu li huma qablu mal-età attwali tagħhom.

Ir-riċerkaturi sabu li nies, li l-età bijoloġika tagħhom kienet akbar mill-età vera tagħhom, x’aktarx imutu qabel dawk li l-etajiet bijoloġiċi u attwali tagħhom kienu l-istess.

Erba’ studji independenti analizzaw il-ħajja ta’ kważi 5,000 adult għal aktar minn 14-il sena. L-età bijoloġika ta’ kull persuna tkejlet minn kampjun tad-demm u l-parteċipanti kienu segwiti matul l-istudju.

Ir-riċerkaturi sabu, li r-rabta bejn li jkollok arloġġ bijoloġiku li jgħaġġel ħafna u mewta bikrija, kienet vera wara li ġew ikkunsidrati fatturi oħrajn bħat-tipjip, id-dijabete u l-mard fil-qalb.

Il-Professur Ian Deary, l-investigatur prinċipali tal-istudju, mill-Università ta’ Edinburgh qal: “Din ir-riċerka ġdida żżid l-għarfien tagħna ta’ ħajja twila u b’saħħitha…kien studju interessanti għax identifika indikatur ġdid dwar il-proċess taż-żmien, li jsaħħaħ it-tbassir tal-ħajja tal-bniedem lil hinn mill-kontribut ta’ fatturi bħalma huma t-tipjip, id-dijabete u l-mard fil-qalb.”