Diversi skeletri u partijiet tal-ġisem fi stat ta’ dekompożizzjoni nstabu f’kamra mhux użata ta’ bini wżat mill-pulizija.
Xkejjer bi fdalijiet umani nstabu minn ħaddiema fil-bini, f’Unnao f’Uttar Pradesh. Il-pulizija qalet li ma tistax tispjega minn fejn ġew il-katavri, iżda qalu li huma jemmnu li l-kamra kienet użata bħala kamra mortwarja sal-2008.
Awtoritajiet reġjonali wiegħdu li jagħmlu testijiet tad-DNA u jinvestigaw għaliex il-katavri ma kinux midfuna.
Mahendra Pal Singh qal li d-dokumenti juru li kien hemm madwar mitt katavru miżmuma fil-bini tal-pulizija għal investigazzjoni.
F’każ ieħor, l-awtoritajiet fid-distrett ta’ Unnao għadhom qed jinvestigaw l-aħħar skoperta ta’ aktar minn mitt katavru fix-xmara Ganges. Jidher li dawn il-katavri tħallew minn familji li kienu fqar wisq biex iħallsu għal difna suret in-nies.
//= $special ?>