Edgars Libietis, imwieled il-Latvija u residenti fil-lukanda Preluna f’Tas-Sliema, ilbieraħ ġie arrestat wara li kellu xi jgħid mal-istess membri tal-Korp tal-Pulizija li ippruvaw jgħinnuh.
Il-każ seħħ wara nofsinhar, hekk id-duty manager tal-lukanda, Emmanuel Vella, ċempel lil Pulizija minħabba ilment li kellu minn wieħed mir-residenti, li kien qed jgħix fil-kamra 2102, u li kien qed jilmenta dwar oġġett misruq minn kamartu. Meta l-maid ġiet mistoqsija dwar jekk missitx xi ħaġa mill-kamra hi ċaħdet kategorikament.
Għalhekk, il-membri tal-Pulizija infurmaw lil Latvijan li se jkollu jagħmel rapport biex ikunu jistgħu jinvestigaw il-każ.
Iżda għal din l-aħbar, il-Latvijan kellu biss kliem dispreġjattiv għal Korp u għall-pajjiżna. Saħansitra sfidahom għall-ġlied.
Hu ttieħed l-għassa tal-lokal u iktar tard saħansitra fid-Depot tal-Pulizija fil-Floriana. Hekk kif kien qed jittieħed lejn il-Floriana, hu kompla fil-kliem dispreġjattiv u b’diskors oxxen, anke fil-konfront ta’ Pulizija mara li kienet qed takkumpanjah u li fi kliemu stedinha biex torqod miegħu.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ u ma teskludix li l-Latvijan kien jinsab taħt l-effetti tal-alkoħol.
//= $special ?>